Psikjatra lokali tressaq il-Qorti fuq akkużi li huma maħsuba li huma relatati ma’ vjolenza domestika u fastdiju fil-konfont ta’ numru ta’ nisa. In-nuqqas ta’ ċarezza dwar l-akkużi preċiżi u ċ-ċirkustanzi ta’ x’ġara eżatt ġejjin b’riżultat li l-istampa ġiet ordnata titlaq il-barra mill-awla mill-Maġistrat Lara Lanfranco.
L-imputat, tressaq il-Qorti it-Tnejn waranofsinhar, b’taħrika quddiem il-Maġistrat Lanfranco mill-Ispettur Sherona Buhagiar. Iżda bilkemm laħqet bdiet is-seduta u wisq anqas ċans li jinqraw l-akkużi jew li tingħata tweġiba ta’ ħtija jew le, il-Maġistrat oġġezzjonat għall-preżenza tal-ġurnalisti fl-awla.
“M’inix komda li l-ġurnalisti jkunu preżenti għal każijiet ta’ vjolenza domestika qalet lill-prosekuzzjoni, fejn tat x’tifhem li l-media kienet taf b’dan kollu fuq suġġeriment tal-prosekuzzjoni stess. L-avukat difensur Frank Anthony Tabone qal lill-Qorti li “fil-fatt, konna se nitolbu projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-isem tal-akkużat.”
Il-Prosekutur Ramon Bonett Sladden ma għamel l-ebda oġġezzjoni għal din it-talba. F’dak il-punt, il-membri tal-istampa ġew ordnati joħorġu mill-awla, fejn il-każ kompla bil-bibien magħluqa. L-Avukat Arthur Azzopardi qed jassisti wkoll lill-imputat.


