Lokali

Steward jakkumulaw dejn enormi ta’ $9 biljun

Il-media internazzjonali qed tirrapporta l-aħħar żviluppi b’rabta mas-saga tat-tliet sptarijiet f’pajjiżna, hekk kif fl-aħħar ħin ġie ddikjarat li Steward Health Care akkumulaw dejn enormi ta’ $9 biljun.

Fil-Qorti ta’ Houston, l-avukati ta’ Steward Health Care kkonfermaw il-falliment tal-kumpanija li spiċċat poġġiet 31 sptar għall-bejgħ, bit-tama li tiffinalizza t-tranżazzjonijiet sal-aħħar tas-sajf biex tindirizza $9 biljun dejn.

F’dokumenti li ġew ippreżentati fil-Qorti, Steward saħqu li d-dejn li ġie akkumulat maż-żmien ilaħħaq id-$9 biljun, inklużi $1.2 biljun f’self, $6.6 biljun f’obbligi ta’ kera fit-tul, kważi $1 biljun f’kontijiet mhux imħallsa minn bejjiegħa u fornituri mediċi, u $290 miljun f’pagi u benefiċċji tal-impjegati mhux imħallsa.

Fl-aħħar jiem rajna wkoll baraxx ta’ krritika ħarxa, indirizzata lejn is-sidien tal-kumpanija privata u d- deċiżjonijiet finanzjarji żbaljati li ġew meħuda b’vista qasira li dgħajfu l-kura tal-pazjenti.