L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, il-Kamra tal-Kummerċ kif ukoll il-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji qed jibqgħu jinsistu li jridu laqgħa urġenti tal-MCESD.
Fi stqarrija mahruga fl-aħħar jiem, huma spjegaw kif is-sitwazzjoni preżenti dwar l-Inkjesta Vitals qed tpoġġi l-istabbilta ta’ pajjiża kif ukoll ir-reputazzjoni ta’ Malta f’riskju kbir. Bl-għaqdiet tal-employers jgħidu li isem pajjiża diġà ħa daqqa ta’ ħarta meta Malta ġiet Grey Listed u għalhekk irridu noqogħdu attenti. Dan apparti li ċertu attakki, u l-użu ta’ frażijiet bħal establishment, mhux qed jgħinu lis-sistema tal-ġustizzja.
F’kummenti lil Net News Paul Abela, il-President taċ-Chamber of SMEs, sostna li dawn l-attakki fuq il-ġudikatura huma kundannabbli – kliem li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta u ħsara għall-investiment barrani.
Fl-istqarrija l-korpi kostitwiti saħqu wkoll fuq l-importanza tat-trasparenza u l-kontabbiltà, biex tkun imħarsa s-Saltna tad-Dritt.
Min naħa tiegħu, Josef Bugeja, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, qal li l-union tattendi kull laqgħa li tagħmel l-MCESD.
Intant, għadu mhux magħruf meta se ssir din il-laqgħa li ssejħet il-ġimgħa li għaddiet mill-employers.
//= $special ?>