Żewġ gowls f’kull taqsima kienu biżżejjed għal Udinese biex jiksbu tlett punti importanti sabiex telgħu fil-15 il-post bi 33 punt daqs Cagliari u fl-istess waqt qabżu lil Udinese b’punt. Lecce huma komdi fit-13 il-post b’37 punt.
Fis-36 minuta Udinese marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Martin Payero kien Lorenzo Lucca li għeleb lil Wladimiro Falcone. Gowl li biħ intemmet wkoll l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima Udinese irduppjaw fil-85 minuta wara li Lazar Samardzic għeleb mill-ġdid lil Falcone.
Fil-partita l-oħra, Fiorentina ħadu tlett punti u komplew jersqu viċin ta’ post fl-Ewropa b’rebħa fuq Monza ta’ 2-1.
La Viola sabu ruħhom minn taħt wara 9 minuti hekk kif Milan Djuric kompla l-istaġun pożittiv tiegħu ma’ Monza meta fetaħ l-iskor mis-suġġeriment ta’ Mota.
L-istilla Arġentin Nicolas Gonzalez għamel l-iskor indaqs fit-32 minuta, biex Arthur Melo skorja l-gowl tar-rebħa fit-78 minuta.
Il-Ġimgħa
Frosinone v Inter 0-5
Is-Sibt
Napoli v Bologna 0-2
Milan v Cagliari 5-1
Il-Ħadd
Lazio v Empoli 2-0
Verona v Torino 1-2
Genoa v Sassuolo 2-1
Juventus v Salernitana 1-1
Atalanta v Roma 2-1
It-Tnejn
Lecce v Udinese 0-2
Fiorentina v Monza 2-1