Sport Sport Ieħor

Volleyball Super League : Swieqi Phoenix NIUM jirbħu l-kampjonat nazzjonali għat-tieni sena nfila

Fi tmiem il-ġimgħa fis-sala tal-Kumpless Sportiv tal-Kottonera kien hemm logħba waħda biss mill-kampjonat Super League. Kien it-team ta’ Swieqi Phoenix NIUM li rebaħ lil Birkirkara bl-iskor ta’ 3-0. B’dan ir-riżultat Swieqi qabżu fl-ewwel post tal-klassifika u b’hekk rebħu l-kampjonat Super Leagur għat-tieni staġun infila bi tletin punt, żewġ punti aktar minn Flyers . 

Fi tmiem il-partita Branko Vlahovic, viċi president tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball ippremja lill-players u coaches ta’ Swieqi.

Ir-riżultati kollha

U15

Depiro Vs Swieqi Phoenix Ninjas  3-2

BKVC Blazers vs Swieqi Phoenix Volley Maniacs  3-0

Swieqi Phoenix Young Stars vs Paola Maypole 3-0

Flyers vs BKVC Dynamites 3-2

U19

Paola Maypole vs Swieqi Phoenix Sugar N Spike  3-2

Super League

Swieqi Phoenix NIUM vs Birkirkara VC 3-0

Klassifika Finali Super League

Swieqi Phoenix NIUM 30

Flyers 28

Falcons 18

Birkirkara VC 8

Paola Executive Security 6