Dylan Axiak ta’ 21 sena tilef ħajtu waqt li kien qed jagħmel xi xogħol il-Fgura.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-11:30am, fi Triq Mater Boni Consilli, meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ ta’ 21 sena li joqgħod Wied il-Għajn ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol tal-elettriku. Hu kien qed jagħmel xi xogħol fuq cherry picker.
Tim mediku assista liż-żagħżugħ u ftit tal-ħin wara ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.