Futbol Sport

BIR-RITRATTI: Sliema Wanderers rebbieħa tal-Izibet FA Trophy 2023/24

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Il-Ħadd li għadda Sliema Wanderers saru l-iktar tim li rebaħ FA Trophies fl-istorja hekk kif għeleb lir-rivali Floriana wara l-għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 4-2. Il-fotografu ta’ Media.Link Catriel Farrugia Sghendo segwa l-bosta mumenti kruċjali matul il-partita f’din il-ġurnata storika fil-futbol Malti.

L-ewwel ħdax-il plejer ta’ Sliema li bdew il-finali kontra Floriana

L-Izibet FA Trophy inħarġet qabel il-partita
Il-kowċ bravu ta’ Sliema, Paul Zammit, ġie promoss ma’ Sliema miċ-Challenge League bla telfa s-sena l-oħra u rebaħ l-FA Trophy fit-tieni sena tiegħu
Is-sapporters ta’ Sliema ħolqu atmosfera mill-isbaħ matul il-partita biex immotivaw il-plejers Slimiżi
Ir-referee Fyodor Zammit amministra l-finali
Lydon Micallef ġie mċaħħad mill-goalkeeper Andrijanic fl-aħħar minuta biex il-partita marret għall-ħin barrani
Il-goalkeeper Rashed Al Tumi jsalva l-penalty kruċjali ta’ Kemar Ried waqt l-għoti tal-penalties
Joseph Minala skorja r-raba’ penalty li ta r-rebħa storika lis-Slimiżi
Il-plejers ta’ Sliema Wanderers jgħollu t-Tazza flimkien mal-istaff tekniku
Sliema telgħu 42 finali fl-istorja u rebħu 22 minnhom

Paul Zammit fiċ-ċelebrazzjonijiet mal-plejers mal-gowl ta’ Minala

Bandiera li nħarġet mis-sapporters Slimiżi matul il-partita u ċelebrazzjonijiet

Xeni miċ-ċelebrazzjoni kbira tas-sapporters Slmiżi f’ Tas-Sliema flimkien mat-Tazza (Ritratt: Joseph Galea)