Lokali

Eżempju ieħor tal-ipokresija fejn Robert Abela fi Brussell jgħid mod u f’Malta jagħmel mod ieħor

Il-Partit Laburista jipprova jilgħab li hu xi paladin tad-demokrazija Ġermaniża, filwaqt li jattakka l-istituzzjonijiet u s-saltna tad-dritt f’Malta.

Il-Partit Laburista għandu jiffoka fuq il-ħarsien tad-demokrazija f’Malta u mhux jipprova juża l-valur tad-demokrazija għall-Ġermanja u ma jużax dan l-istess valur għal niesna, f’pajjiżna.

Il-Partit Laburista sejjaħ lill-ġurnalisti biex mingħalih jiżvela xi aħbar dwar Roberta Metsola, iżda bi ftit riċerka, seta’ jevita mhux biss li jaħli l-ħin tal-ġurnalisti, iżda anke li jikxef l-inkompetenza tiegħu.

Kuntrarjament għal dak allegat, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola offriet is-solidarjetà tagħha mal-MEP Soċjalist Ġermaniż Matthias Ecke, li kien attakkat fi Dresden, ftit sigħat biss wara li seħħ l-inċident. Fil-fixla, tal-Labour ma ndunawx biha:

https://x.com/EP_President/status/1786736272339259753.

Saħansitra, il-Kap tad-Delegazzjoni tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew René Repasi rringrazzja lil Roberta Metsola ta’ dan l-appoġġ: https://twitter.com/repasi/status/1786738150196298103?t=Bmq-bn6jT_TJXvA8E76cvA&s=19.

Il-Partit Nazzjonalista kien dejjem favur is-saltna tad-dritt. Iġġieled għas-saltna tad-dritt u qed jiġġieled ukoll favur id-demokrazija, anke issa f’pajjiżna.

Robert Abela qed jipprova jkisser id-demokrazija, attakka u qed jibqa’ jattakka lill-ġudikatura, attakka lill-ġurnalisti u persuni fil-media u hu ta’ theddida għal-libertà tal-espressjoni.

Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista se jkompli bil-ħidma tiegħu favur il-verità u s-sewwa.