Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex appellat biex il-ġudikatura titħalla tagħmel xogħolha fis-serenità.
Fi stqarrija, il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex għamlet referenza għal dak li qalet il-President Myriam Spiteri Debono …bic-chamber issostni li kliemha kien f’waqtu meta tqis ċ-ċirkustanzi li jinsab fihom pajjiżna preżentament.
Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex qalet li l-prudenza, l-kawtela u l-klima ta’ serenità huma essenzjali fil-ħidma tal-istituzzjonijiet. Dan filwaqt li ddeskriviethom bħala tliet ingredjenti fundamentali sabiex is-sitwazzjonijiet li qed jaffaċċja pajjiżna jiġu indirizzati b’mod matur – bil-għan li ssir ġustizzja mal-partijiet kollha konċernati.
Fl-istqarrija l-Gozo Business Chamber qal li l-qafas leġiżlattiv ta’ Malta jipprovdi diversi rimedji, u għalhekk il-ġudikatrua għandha titħalla tagħmel xogħolha b’serenita’. U huwa biss b’dan il-mod li jista’ jinħoloq ambjent seren fejn issir ġustizzja ma’ dawk kollha involuti.
Matul l-aħħar ġimgħa kien hemm diversi korpi kostitwiti, għaqdiet studenteski u oħrajn li kkundannaw l-aġir ta’ Robert Abela fil-konfront tal-ġudikatura kif ukoll tal-media; dawn iddeskrivew l-aġir tiegħu bħala wieħed perikoluż u inaċċettabbli f’pajjiż li jħaddan id-demokrazija.
Minn barra l-istqarrijiet li saru l-istudenti ħarġu jipprotestaw quddiem il-Qorti sabiex juru solidarjetà assoluta mal-ġudikatura.
//= $special ?>