Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ ffukat fuq il-ħtiġijiet tiegħek” – Bernard Grech

Ma taqta’ xejn il-kampanja pożittiva min-naħa tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-irħula u bliet Maltin, bil-wegħda tibqa’ waħda – li l-Partit Nazzjonalista jkun hemm sabiex jgħaqdi l-ħtiġijiet ta’ kull Maltin u Għawdxi.

It-Tlieta filgħaxija, Bernard Grech iltaqa’ ma’ diversi kandidati tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew kif ukoll ma’ residenti ta’ Pembroke u tal-Imtarfa sabiex ikompli jisma’ l-ħtiġijiet tagħhom; l-istess kif qed jagħmel f’bosta bliet u rħula madwar il-pajjiż.

Bernard Grech qal illi l-Partit Nazzjonalista għandu pjan ċar għall-problemi li n-nies jesperjenzaw ta’ kuljum, fosthom l-għoli tal-ħajja u t-traffiku.

Il-Kap tal-PN fakkar fl-importanza li kull persuna toħroġ tivvota fit-8 ta’ Ġunju sabiex ma nibqgħux nesperjenzaw il-ħsara li qed jagħmel il-Gvern Laburista.