ll-bżonn li jingħata aktar importanza lis-settur marittimu f’pajjiżna, kienet it-tema ċentrali li ddominat laqgħa li saret bejn il-Forum Marittimu u l-PN – laqgħa li matulha ssemma’ kif dan is-settur jista’ jikber u jkabbar l-ekonomija ta’ Malta.
Iċ-Chairperson tal-Malta Maritime Forum Godwin Xerri, f’kummenti li ta lil NET News sostna li din kienet laqgħa produttiva immens. Hu stqarr li l-MEPs futuri jridu jkunu nies kompetenti u li lesti jiddefendu lil pajjiżna.
Bernard Grech minn naħa tiegħu spjega kif ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna għandha tkun b’saħħitha sabiex iktar investiment barrani relatat ma dan is-settur jersaq lejn Malta.
Il-Kap tal-PN sostna wkoll li bosta setturi u entitajiet oħra bħat-turiżmu jridu jimxu id f’id flimkien u jikkumplimentaw lil xulxin; sabiex is-settur marittimu jikber u jħalli l-frott.
Il-Forum faħħar ukoll il-Partit Nazzjonalista għall-importanza li qed jagħti lis-settur marittimu tant li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista għażel li fix-shadow cabinet ikollu deputat iffukat biss fuq il-marittimu – għax jifhem l-importanza ta’ dan is-settur f’pajjiżna.
Il-Kap tal-PN sostna li s-settur marittumu jista’ jkun ‘mother sector’ b’saħħtu li jħalli mhux biss xogħol u opportunitàjiet varji, iżda wkoll pagi b’saħħithom.
Fi din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mid-deputat Ivan Castillo u l-kandidati għall-MEPs Peter Agius u Louise Anne Pulis.
//= $special ?>