Appoġġ assolut u fiduċja għamja fid-Deputat Mexxej Chris Fearne.
Hekk iddikjara s-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti meta Net News staqsa jekk il-Partit Laburista hux konxju tal-akkużi li għandu fil-konfront tiegħu d-Deputy Leader tal-Partit Laburista Chris Fearne.
Is-Segretarju Parlamentari jinsisti wkoll li ma jaqbilx li dan kellu jitfa’ r-riżenja tiegħu.
Chris Fearne qed jiġi akkużat fost l-oħrajn bi frodi b’rabta mal-iskandlu tal-privatizzazzjoni tal-isptarijiet. Hu ta r-riżenja tiegħu lill-Prim Ministru, liema riżenja Robert Abela ma aċċettahiex; bi Chris Fearne ikollu jerġa’ jibgħat ittra fejn sfida lill-Prim Ministru u baqa’ jsostni d-deċiżjoni tiegħu.
Chris Fearne qed jibqa’ jinsisti li huwa innoċenti; però tenna li hu jista’ jitkellem fuqu biss.
//= $special ?>