Lokali Parlament

Minkejja l-akkużi kriminali, il-Ministru tal-Finanzi jappoġġja lil Edward Scicluna


Il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana qed jappoġġja lill-Eks Ministru tal-Finanzi ta’ qablu u Gvernatur attwali tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna biex jibqa’ fil-kariga tiegħu minkejja li se jkun akkużat fil-Qorti b’akkużi kriminali dwar il-koruzzjoni tal-isptarijiet.


Din il-pożizzjoni, il-Ministru Caruana esprimiha meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia li staqsa lill-Ministru Caruana jgħid x’inhi l-pożizzjoni tiegħu dwar Edward Scicluna u jekk din il-pożizzjoni hijiex tenibbli.


Il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li kif diġà ddikjara l-Prim Ministru, il-Gvern se jkun ta’ spalla lejn dawk li jaqdu lill-Istat b’mod leali u integru.