Lokali Qorti

Mixli b’hold up f’ħanut tal-imħatri f’San Pawl il-Baħar

Żagħżugħ ta’ 29 sena ġie mixli li seraq ħanut tal-imħatri f’San Pawl il-Baħar. Elson Bajrami ta’ 29 sena u li jgħix San Pawl il-Baħar,huwa allegat li żamm impjegat tal-ħanut permezz ta’ sikkina u mbagħad ħarab bi flus kontanti li seraq mill-ħanut.

Wara tfittxija għal bniedem allegatament involut, il-Pulizija sabuh u arrestawh. Bajrami, li huwa ta’ nazzjonalità Albaniża, qal lill-Qorti li kien bla xogħol u kien tkeċċa mill-impjieg preċedenti tiegħu.

Huwa wieġeb mhux ħati ta’ serq aggravat, li żamm illegalment lill-vittma kontra r-rieda tiegħu, li ġarr sikkina mingħajr liċenzja tal-Pulizija u li kiser il-libertà proviżorja. Huwa nżamm arrestat wara li l-avukat tiegħu David Bonello ma għamel l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

L-Avukat Brandon Bonnic,i f’isem l-AĠ, mexxa l-prosekuzzjoni flimkien mal-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Warren Galea.