Repubblika flimkien ma’ numru ta’ NGOs qed isejħu għal dimostrazzjoni nazzjonali; dimostrazzjoni li se tkun qed issir nhar il-Ħamis li ġej fis-6:30pm quddiem Wembley Store, fi Triq Repubblika.
Din id-dimostrazzjoni se tkun qed issir quddiem il-fatt li l-għa qdiet ma jemmnux li l-politiċi jibqgħu jokkupaw pożizzjoni pubblika, fejn hemm persuni pubbliċi, Eks Prim Ministru, Ministri, u uffiċjali oħra tal-Istat li bejn l-interessi tal-kriminali u l-interess pubbliku jaħdmu jew jidhru li qed jaħdmu favur l-interessi tal-kriminali minflok tal-poplu Malti u Għawdxi.
Matul din id-dimostrazzjoni se jkunu qed jappellaw għal erba’ punti:
- Kundanna tal-attakki oxxeni li saru kontra l-membri tal-ġudikatura – speċjalment fuq il-maġistrat li wettqet l-inkjesta – u l-ġurnalisti
- Sabiex tintrefa’ responsabbiltá politika u istituzzjonali għal dak kollu li rriżulta mill-inkjesta maġisterjali;
- Appoġġ lill-uffiċjali pubbliċi li qed jaqdu dmirhom b’integritá
- Mhux se jkun permess li l-inkjesta tkun imminata
Dawk li jattendu qed ikunu mħeġġa biex iġibu magħhom bnadar ta’ Malta.
//= $special ?>