Lokali

Numru ta’ klijenti jirċievu riżultati tat-testijiet ta’ klijenti oħra miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Iscreening

Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva kkonfermat li data ta’ diversi klijenti spiċċat għandi klijenti oħra minħabba ħsara teknika fl-apparat tal-istampar.

Fost din id-data kien hemm saħansitra dettalji u riżultati tat-testijiet.

Il-Primary HealthCare ngħatat direzzjoni biex tipproċedi immedjatament billi tippreżenta notifika ta’ ksur tal-Protezzjoni tad-Data lill-Kummissarju tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data għal aktar investigazzjoni min-naħa tagħha.

Fl-istess ħin inħarġet ukoll ittra lil kull klijent li ġie milqut b’dan l-iżball tekniku biex is-sitwazzjoni tiġi rettifikata.