Raġel li bħalissa jinsab l-ħabs reġa’ spiċċa l-Qorti nhar it-Tlieta biex jiffaċċja akkużi li jorbtuh ma’ serq ta’ dar tliet xhur ilu. Aaron Steven Stuart Edward Ritchie ta’ 40 sena minn Bormla, kien mixli b’serq aggravat, li kiser il-probation u tliet digrieti ta’ bail.
Is-serqa allegatament seħħet nhar San Valentinu wara nofsinhar f’penthouse f’Ħal Balzan. L-ebda dettalji ma ġew żvelati meta tressaq, iżda sorsi qalu li l-ħalliel jidher li daħal minn gallarija. L-akkużat wieġeb mhux ħati u nżamm arrestat.
Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest mill-avukat difensur tal-għajnuna legali Victor Bugeja. L-avukat tal-AG Etienne Savona deher flimkien mal-Ispetturi Christina Delia u Jeffrey Scicluna. L-Avukat Giannella DeMarco dehret parte civile.
Priġunier lura l-Qorti biex jiffaċċja akkużi ta’ serq


