Iċ-champions tal-hockey lokali Trust Payment Floriana Young Stars u r-rebbieħa tal-kompetizzjoni KO Qormi Daikin matul din il-ġimgħa se jkunu impenjati fil-EuroHockey Club Challenge 2, li se ssir f’Ġibiltà.
Floriana telgħu biex jilagħbu fi grupp A flimkien mat-tim ospitu ta’ Eagles HC ta’ Ġibiltà, Soroksari -Olcote HC tal-Ungerija, u Furuset Landhockeyklubb tan-Norveġja.
Mill-banda l-oħra, Qormi se jilagħbu fi grupp B kontra Siauliai Ginstrekte tal-Litwanja, HC Luxembourg tal-Lussemburgu u Roslagens IF tal-Iżvezja.
Qormi jibdew l-impenji tagħhom nhar il-Ħamis li ġej fid-9:30am fejn jilagħbu kontra HC Luxembourg, bil-Furjaniżi li jkunu fl-azzjoni fil-5pm kontra Eagles HC.
Din il-kompetizzjoni tibqa’ sejra sa nhar il-Ħadd li ġej fejn wara l-logħob tal-gruppi, ikun hemm il-fażi ta’ klassifikazzjoni fejn jiġi dikjarat ir-rebbieħ.
//= $special ?>