Lokali

Robert Abela jerġa’ jċedi għall-pressjoni tal-klikka ta’ Muscat

Kollox jindika li Robert Abela kellu jerġa’ jċedi għall-pressjoni tal-klikka ta’ Joseph Muscat wara li l-propogandist ewlieni tal-Partit Laburista, Manuel Cuschieri, ħabbar li se jkun qed jintervistah fuq One Radio.

Din se tkun l-ewwel darba li l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat se jkun intervistat fuq stazzjon politiku wara li rriżenja fl-2020.

Permezz ta’ post fuq il-media soċjali, Manuel Cuschieri qal li l-intervista se ssir l-Erbgħa li ġej fis-6:00 ta’ filgħaxija.

Intant, preżentament Joseph Muscat qed jaffaċċja akkużi kriminali b’rabta ma’ frodi u korruzzjoni.