Diplomatiċi fl-Ambaxxata tal-Istati Uniti kellhom il-pjaċir jilqgħu lill-istudenti tar-Relazzjonijiet Internazzjonali tal-Università ta’ Malta u lill-membri tal-Malta International Relations Students’ Association (MIRSA) għal esperjenza ta’ “Diplomat for a Day”.
Matul il-ġurnata, il-grupp ta’ studenti tgħallmu dwar ir-rwol tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali ma’ Malta, is-salvagwardja taċ-ċittadini Amerikani barra minn xtuthom, u l-promozzjoni tal-iskambji edukattivi u kulturali. Uffiċjali tal-Ambaxxata tal-Istati Uniti qasmu l-esperjenzi tagħhom bħala diplomatiċi li jaqdu lill-gvern tal-Istati Uniti u lill-poplu Amerikan barra l-pajjiż. L-għan tal-programm kien li jgħaqqad diplomatiċi tal-Istati Uniti mal-istudenti biex jiddiskutu l-politika barranija, soċjetajiet miftuħa, u valuri komuni.
Id-deputat kap tal-Ambaxxata Ken Toko qal: “Il-kollegi tiegħi u jiena għandna pjaċir niftħu l-Ambaxxata tagħna għall-komunità lokali, speċjalment iż-żgħażagħ li huma l-mexxejja u l-influwenzaturi futuri tad-dinja. Nawgurawlkom kull suċċess u ħerqanin li nkomplu l-kollaborazzjoni tagħna mal-edukaturi u l-istudenti fis-sena akkademika li ġejja.”
//= $special ?>