Hekk kif il-perjodu tal-eżamijiet jinsab magħna, I-istudenti tal-MCAST jinsabu inkwetati ferm hekk kif numru ta’ studenti qalu li l-eżamijiet jaf jitħassru fl-aħħar minuta.
Dan wara li matul il-ġimgħa li għaddiet, l-MUT ħabbret numru ta’ direttivi kemm fl-MCAST kif ukoll fl-ITS hekk kif għadu ma ntlaħaq l-ebda qbil mal-Gvern b’rabta mal-pakkett finanzjarju tal-edukaturi. In-negozjati mal-Gvern ta’ Robert Abela ilhom ikaxkru x-xhur bl-istudenti qed jispiċċaw ibatu l-konsegwenzi.
Bosta studenti esprimew il-frustrazzjoni tagħhom hekk kif ma jafux x’se jiġri.
//= $special ?>