Għawdex Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ t-taraġ fir-residenza tiegħu f’Għawdex

Anzjan ta’ 63 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ waqt li kien tiela’ t-taraġ.

L-inċident seħħ it-Tlieta filgħaxija għall-ħabta tas-7:30 fir-residenza tiegħu, fi Triq il-Gamiem, Kerċem, Għawdex.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjan waqa’ waqt li kien tiela’ t-taraġ tar-residenza tiegħu, fi Triq il-Gamiem, Kerċem.

Tim mediku assista lill-vittma u ftit tal-ħin wara ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isfori minn ġrieħi serji u li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Simone Grech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ