Bormla Subbuteo Club fi tmiem il-ġimgħa waslu sas-semifinali fil-kompetizzjoni prestiġjuża ta’ turnew maġġuri f’Bologna, fl-Italja, u kisbu n-numru 3 tar-rankings mondjali. Fil-Grupp, rebħu kontra Dragones ta’ Spanja 2-0, rebħa 2-1 kontra Master Sanremo tal-Italja, u rebħa ta’ 4-0 kontra Ves Gentes tal-Italja.
Fil-kwarti tal-finali kontra Bologna Tigers tal-Italja, il-logħba ntemmet 1-1, iżda jkunu il-Bormliżi li jgħaddu b ‘differenza ta’ gowl aħjar u passaġġ għas-semifinali f’turnew maġġuri – it-tieni wieħed din is-sena.
Għal Bormla, dan huwa s-sitt podju internazzjonali. It-tim kien kompost mill-Kaptan Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, il-Belġjan BessimGolger, John Zammit u plejer ta’ taħt l-għoxrin sena Thomas Ebejer, li lagħab fl-open u anke lagħab mat-tim.
Fl-avvenimenti individwali, il-Kaptan ta’ Bormla SC wasal sas-semifinali fejn fi grupp 4 rebaħ żewġ logħbiet u draw, u temm fl-ewwel post bid-differnza aħjar ta’ gowls, u fl-aħħar 16 rebaħ lil Ciraolo 2-3 biex fil-kwartifinali rebaħ lil Finardi 2-1, u fis semifinali tilef 1-3 mar rebbieh tal kategorija Veterano Belloni.
Fil-kategorija tan-nisa, Katharina W.Busch waslet sat-tielet post.
Il-kompetizzjoni li jmiss għal Bormla SC hija Grand Prix ta ‘ Messina, fl-Italja.
F ‘Ġunju u f’Lulju jmiss il-Grand Prix ta’ Ludwisburg, fil-Ġermanja.
//= $special ?>