Barra l-Qorti, Robert Abela baqa’ joħroġ għonqu għall-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Edward Scicluna illi jinsab akkużat bi frodi u korruzzjoni b’rabta mas-serqa tal-isptarijiet – deal illi ħriġna miljuni ta’ ewro għalih, meta hu kien Ministru tal-Finanzi.
Dalgħodu, il-Prim Ministru kompla jiddefendi lil Edward Scicluna. B’Abela jistqarr, “naf x’raġel hu!”
Meta mistoqsi x’jagħmel hu jekk joħorġu provi li verament kien hemm nuqqasijiet serji minn naħa tal-Eks Ministru Laburista, Abela wieġeb billi qal: “nistennew u naraw”. Dan filwaqt illi prova jkompli jċekken ix-xogħol importantissimu mwettaq mill-Maġistrat Gabriella Vella billi qal li l-Inkjesta tal-Vitals kienet “sempliċiment ġabra ta’ fatti”.
//= $special ?>