Sport

Gowl ta’ Vlahovic jagħti l-Coppa Italia lil Juventus

(Ritratt: EPA)

Juventus rebħu l-Coppa Italia għall-15-il darba fl-istorja meta fi Stadio Olimpico għelbu lil Atalanta 1-0.

Il-gowl uniku tal-partita wasal wara biss erba’ minuti logħob meta kien l-attakkant Dusan Vlahovic li kkonkluda wara Carnesecchi. Lejn it-tmiem tkeċċa l-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri wara kummenti offensivi lejn ir-referee.

B’hekk Juventus se jkunu qed itemmu l-istaġun fuq nota pożittiva bir-rebħ ta’ dan l-unur u post fil-UEFA Champions League fl-istaġun li ġej. Għal Atalanta dan ukoll jista’ jitiqies bħala staġun pożittiv hekk kif minbarra li waslu sal-finali tal-Coppa Italia se jkunu wkoll qed jilagħbu fil-finali tal-UEFA Europa League nhar l-Erbgħa kontra Bayer Leverkusen.