Ivan Bartolo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlamnet li l-Gvern Labruista iqabad iwettaq frodi elettorali fis-Siġġiewi bl-isop li jirbaħ il-Kunsill Lokali tal-lokal.
Ivan Bartolo qal li hi gidba li jingħad li dan hu gvern li għandu qalbu mal-ħaddiema meta kien injora lill-ħaddiema f’dan is-settur. Hu kkundanna l-korruzzjoni tal-isptarijiet u qal li l-protagonisti ta’ din il-korruzzjoni ma jistgħu qatt ikunu Soċjalisti jew gvern tal-ħaddiema.
Id-deputat Nazzjonalista qal li kien hemm postijiet fis-Siġġiewi li kienu mwiegħda qabel l-aħħar elezzjoni iżda wara sentejn mill-elezzjoni għadu ħadd ma daħal f’din il-blokka fis-Siġġiewi. Dwar dawn il-postijiet, il-gvern kien iffirma wkoll kuntratti propju lejliet l-elezzjoni li għaddiet.
Fost dawn hemm mara bil-cancer li ilha sentejn biex tidħol f’dawn il-postijiet. Mhux talli ma tawhomx dawn il-postijiet iżda issa rreġistraw 99 votant fuq dawn l-istess postijiet bl-iskop li l-PL jieħu vantaġġ fl-elezzjoni għall-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.
Il-PN ippreżenta rikorsi fil-qorti fejn insista li dawn l-individwi jkunu reġistrati fil-post fejn kienu qabel. L-ebda pesuna li telgħet tixhed fil-kawża ma qalet li qed tgħix fil-blokka bini Silvio Parnis fis-Siġġiewi u kollha qalu li jgħixu x’imkien ieħor.
Ħafna minnhom qalu li lanqas għandhom iċ-ċwievet għax għadhom ma ffirmawx il-kuntratt. Il-Maġistrat sabet li l-binja tinsab vojta. Lil dawn il-persuni ġegħluhom jiffirmaw dikjarazzjoni biex jaqilbu l-vot fuq is-Siġġiewi bla ma qalulhom x’kienu qed jiffirmaw.
L-appartamenti għadhom bla għamara u lanqas hemm meters tad-dawl u l-ilma, ħlief għal uħud li saru l-ġimgħa li għaddiet. S’issa ma tqassmet l-ebda posta f’din il-binja.
Ivan Bartolo qal li għall-ewwel darba fl-aħħar elezzjonijiet, il-PL rebaħ il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u sostna li l-PL issa qed jigdeb bi stqarrijiet fittizji fuq dan il-każ. Lil dawn in-nies li kellhom bżonn jieħdu dawn l-appartamenti minħabba problemi soċjali, il-PL ġiegħlhom jiffirmaw il-kuntratt qabel l-elezzjoni u ħallihom jistennew dan iż-żmien kollu. Din hi konferma li l-PN ma kienx qed jigdeb.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern Laburista għandu lista dwar l-opinjoni politika ta’ dawn li jieħdu l-postijiet. Hu sostna li hu kien ra din il-lista dwar min għandu jieħu l-postijiet.
Ivan Bartolo kompla li l-Qorti kkonfermat li l-PL għamel frodi elettorali f’dan il-każ u l-Qorti ordnat li tibda investigazzjoni kriminali kontra uffiċjali tal-gvern.
Id-deputat Nazzjoalista qal li l-gvern jagħti l-karrotti liż-żgħir waqt li jaġevola bil-kbir lil dawk madwar il-Gvern Laburista. Hemm min jieħu jieħu €600 fil-ġimgħa u hemm ommijiet li għandhom biss €600 ix-xahar waqt li hemm min għandu ħames pagi mill-gvern u għandu 75 sena.
Ivan Bartolo kkritika l-mod kif qed jingħataw ċertu passaporti lil barranin miljunarji li huma ta’ reputazzjoni ħażina. Hu sostna li l-familji ma jistgħux ilaħħqu biex jixtru l-propjetà. Malta llum saret refuġju tal-mafja fejn il-gvern għandu kilba għall-flus b’bini kullimkien.
Hu kkundanna l-attakki fuq il-ġurnalisti u fuq il-ġurnalista Monique Agius li kienet attakkata mill-ex Segretarju Ġenerali tal-PL Jason Micallef is-Sibt li għadda.