Il-Kummissjoni Dwar l-Impjiegi llum sabet lill-Gvern ħati ta’ diskriminazzjoni politika fil-konfront ta’ Norman Vella, dak iż-żmien ġurnalist mal-PBS.
Hekk sostna il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija fejn spjega kif illum għandna konferma oħra li l-Partit Laburista jgħid mod u jagħmel l-oppost. Qalilna li “jgħodd dak li taf u mhux lil min taf” u li “Malta tagħna lkoll”, iżda mbagħad b’azzjonitu għamel l-oppost.
Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ din id-deċiżjoni favur il-libertà tal-espressjoni u favur trattament ugwali ta’ kulħadd, irrispettivament mit-twemmin politiku tal-individwu.
Il-Gvern u l-Partit Laburista għandhom jitolbu skuża lil Norman Vella u lill-poplu Malti u Għawdxi tal-aġir tagħhom, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>