Sensiela ta’ battalji bejn il-gruppi tat-traffikanti tad-droga rivali ssarrfu f’talanqas 20 mejtin fl-Istat ta’ Chiapas, lejn in-naħa t’isfel tal-Messiku. Dan meta l-grupp ta’ Sinaloa u l-Grupp ‘Ġenerazzjoni Ġdida’ ta’ Jalisco qed jiġġieldu għall-kontroll tat-territorju – bl-aħħar vittmi tal-vjolenza jinkludu xi adolexxenti flimkien ma’ żewġ sorijiet li spiċċaw fl-eqqel tal-konfronti.
Sadanittant, xi residenti qed jgħidu li l-vittmi, fil-fatt, spiċċaw immassakrati ‘bħala parti mill-pjan’ ta’ xi traffikanti li ma kenux identifikati. Dan wara li l-pulizija u s-suldati sabu l-katavri tal-vittmi fil-villaġġ ta’ Nuevo Morella u l-madwar.
Is-sorijiet maqtula kienu membri tad-djoċesi ta’ San Cristóbal li tinkorpora l-inħawi ta’ Nueva Morelia – u meta llum, fil-lokalità, intensifikaw il-battalji bejn il-gruppi jew ‘cartels’ tad-drogi rivali.
//= $special ?>