Kontra dak mifthiem bejn il-whip tal-Oppożizzjoni u l-whip tal-Gvern, illum il-Gvern wera biċ-ċar il-mument ta’ kriżi li jinsab fih tant li minkejja qbil li kien hemm biex il-Parlament jaġġorna fit-22 ta’ Mejju llum qabad u ddeċieda li jwaqqaf il-Parlament b’mod immedjat.
Fi kliem Robert Cutajar, il-Gvern uża politika ta’ giljottina biex waqqaf id-diskussjoni fil-Parlament -– prova cara tal-paniku li jinsab fih il-gvern.
Tant kien hemm qbil, li diġà kien mifthiem x’se jiġi diskuss fil-Parlament il-ġimgħa d-dieħla.
Issa, wara l-aġġornament, il-Parlament se jerġa’ jitlaqqa’ fl-10 Ġunju.
//= $special ?>