Il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-MEP’s Lee Bugeja Bartolo beda d-diskors tiegħu fis-Swieqi billi kkritika s-slogan tal-Partit tal-Labour, u qal kif flok jagħti s-saħħa lill-Maltin, il-Partit Laburista seraq lill-Maltin u seraq l-isptarijiet, li huma tant importanti għall-poplu Malti.
Huwa kompla billi qal kif il-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fil-proġetti Ewropej, u l-Partit Nazzjonalist dejjem kien konsistenti fil-valuri u l-viżjoni tiegħu, u kif għoxrin sena ilu flimkien mal-poplu Malti kien il-Partit Nazzjonalista li daħħal lil Malta fl-Unjoni Ewropea.
Bugeja Bartolo kkonkluda billi stqarr li l-Partit Nazzjonalista se jkun kommess li jkompli jagħti l-aqwa servizz għall-pajjiiżna, u ħeġġeġ lill-votanti kollha biex jivvotaw għall-bidla li hemm bżonn f’pajjiżna.
//= $special ?>