Fi stqarrija s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michaela Piccinino kif ukoll ix-Shadow Minister għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, il-Pensjonijiet u l-Ġlieda kontra l-Faqar Ivan Bartolo, qalu li l-Qorti llum ikkonfermat li l-Gvern Laburista kkommetta frodi elettorali fis-Siġġiewi meta uffiċjali tal-gvern qarrqu u immanipulaw il-votanti biex iġiegħluhom jaqilbu l-ID Cards tagħhom meta kienu jafu li ma joqogħdux fil-blokka tas-Siġġiewi.
Il-Qorti ordnat ukoll lill-Pulizija tinvestiga liema uffiċjali tal-Gvern ġiegħlu lill-votanti jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz.
Huwa diżgustanti li l-Gvern Laburista jimmanipula nies, uħud minnhom vulnerabbli, biex jikkometti frodi elettorali.
//= $special ?>

