Lokali

Il-UPE tappella lill-Gvern biex jippubblika l-pakkett finanzjarju tal-edukaturi

Il-Gvern għandu jippubblika l-pakkett finanzjarju tal-edukaturi kollha.

Dan kien l-appell tal-Union of Professional Educators (UPE), hekk kif fi stqarrija spjegat li bħalissa l-edukaturi jinsabu dubjużi dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom fil-futur u inċerti wkoll dwar il-kumpens finanzjarju li se jkunu qed jirċievu.

Bl-elezzjonijiet wara l-kantuniera, kompliet tgħid il-UPE, u l-vaganzi tas-sajf ftit xhur ‘il bogħod, dan in-nuqqas ta’ ċertezza qed ikompli jiżdied kemm qalb l-edukaturi kif ukoll qalb l-akkademiċi.

Għalhekk, il-UPE qed titlob lill-Gvern biex jippubblika kull informazzjoni li teżisti dwar dak li qed jiġi offrut lill-edukaturi.

L-Istat għandu dritt li jżomm il-pubbliku infurmat b’ kull forma ta’ negozju li hemm, temmet tgħid il-UPE.