Futbol Sport

Illum il-finali tal-Coppa Italia

Illum tintlagħab il-finali tal-Coppa Italia fejn fi Stadio Olimpico ta’ Ruma, Atalanta jilagħbu kontra Juventus.

Atalanta se jkunu qed ifittxu li jirbħu dan l-unur għat-tieni darba fl-istorja meta għamlu dan darba biss fl-1962-63, filwaqt li Juventus se jkunu qed ifitxxu li jirbħu dan l-unur għall-15-il darba fl-istorja tal-klabb.

Fis-semifinali, Atalanta eliminaw lil Fiorentina filwaqt li Juventus eliminaw lil Lazio.