Jerome Caruana Cilia, ix-Shadow Minister għall-Ekonomija u Intrapriża, qatta’ għeluq sninu l-Qorti wara li kellu jittratta każ ta’ diskors ta’ mibegħda indirizzat lejh permezz ta’ kumment fuq Facebook. Persuna ddeċieda li jitfa’ post li kien jgħid lid-Deputat Nazzjonalista biex imur quddiem trakk li jkun qed jinstaq u ‘jiġi meħlus’.
Fil-Qorti l-akkużat ħass rimors għall-att u, wara li ammetta, Jerome Caruana Cilia ħafirlu. ‘Huwa importanti ħafna li xi ħaġa bħal din ma terġax tiġri. Huwa importanti li niddiskutu, niddiskutu u naqblu jew ma naqblux, iżda qatt ma tirrikorri għal attakki personali’, qal id-Deputat Nazzjonalista fil-Qorti.
‘Ir-rispett u d-djalogu huma kruċjali f’soċjetà demokratika’, tenna Caruana Cilia. ‘Ejjew ma ninsewx li aħna lkoll aħwa Maltin. Ir-raġel ġie kkundannat multa ta’ €150 filwaqt ġie illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fid-disa’ xhur li ġejjin.
L-Avukat Karol Aquilina deher għad-deputat Nazzjonalista.
//= $special ?>

