Lokali Qorti

KONFERMATA: Frodi elettorali fis-Siġġiewi

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fil-vesti tagħha ta’ uffiċjal reviżur ikkonfermat il-fatt li l-mod kif eletturi ġew manipulati biex il-vot tagħhom jinqaleb fuq il-lokalità tas-Siġġiewi meta dan ma setax isir peress li l-binja mhijiex waħda abitabbli u talbet lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga biex ikun magħruf kif dan kollu seħħ.

Ir-rikorsi li ġew quddiem diversi Maġistrati u li iżda l-kompitu tagħhom huwa dak ta’ reviżur biex jiddeċiedi r-rikorsi ta’ 99 elettur. Il-Maġistrat Frendo Dimech mhux biss fid-deċiżjoni tagħha qalet li l=-erba’ eletturi li semgħet ix-xhieda tagħhom għandhom jivvutaw fil-lokalità fejn għadhom jabitaw issa, imma li fuq elettur minnhom li hu minn Santa Venera jittieħdu passi fuq sperġur.

Huma ġew imqanqla jagħmlu dikjarazzjoni falza minn korpi governattivi li b’hekk kienu kompliċi potenzjali fl-aġir kriminali, iddikjarat il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech hekk kif ordnat aktar investigazzjonijiet mill-pulizija.

Il-maġistrat kienet qed jiddeċiedi fl-ewwel kawżi istitwiti mill-Partit Nazzjonalista kontra 99 persuna f’dak li kien iddeskriviet bħala każ ta’ ‘gerrymandering’. F’wieħed mill-erba’ każi deċiżi it-Tlieta, il-Maġistrat Frendo Dimech irrakkomandat wkoll investigazzjonijiet fil-konfront tal-votant ikkonċernat, li jidher li kien gideb bil-ġurament, u sostna li l-appartament kien lest ħlief għall-għamara. Ix-xhieda tiegħu possibilment esponieth għall-prosekuzzjoni għal falz ġurament u dikjarazzjoni falza bil-ġurament.

Il-Maġistrat Frendo Dimech osservat li skont il-liġi elettorali, il-votanti jridu jkunu reġistrati fil-lokalità fejn fil-fatt jgħixu. Kien fit-8 ta’ Mejju li l-Maġistrat Frendo Dimech marret tagħmel aċċess fuq il-post fejn kienet mgħejjuna minn uffiċjal tal-Pulizija li mar fuq il-post bil-body cam biex jirrekordja dak li kienet qed tispezzjona l-Maġistrat.

Fid-deċiżjoni tagħha l-uffiċjal reviżur qalet li ma jista’ jkun hemm qatt dubju li l-elettur ma kien ħa l-ebda inizzjattiva sabiex jirreġistra l-vot fuq il-binja Silvip Parnis. Qalet li hu ta’ għajb kif eletturi ġew manipulati u sfruttati propju minn min kien suppost qed jittutela l-interessi u l-benesseri tagħhom sabiex ibiddlu l-karta tal-identità għal fuq l-indirizz tal-binja fis-Siġġiewi.

“Hu tassew skonċernanti li elettur ġie mwiegħed akkomodazzjoni fit-13 ta’ Ottubru, 2021, iżda ġie allokat l-appartamenti aktar kmieni din is-sena minn Malta Investments plc. bil-kuntratti kienu għadhom qed jibdew isiru.

Malta Investments plc. hi soċjetà fejn il-Gvern ta’ Malta hu l-azzjonist maġġoritarju, tant li hemm ħamsa minn seba’ Diretturi tal-Bord ta’ Diretturi tagħha li huma appuntanti mill-Gvern. Din is-soċjetà hi dedikata biex tipprovdi housing affordabbli f’Malta.

L-uffiċjal reviżur qalet li meta marret tagħmel l-aċċess il-fond allokat li ma kellu ebda sinjal ta’ abitazzjoni għaliex hu għeri għal kollox kif jixhed il-bodycams footage. Ħadd ma kien joqgħod fih la solitament u wisq anqas insolitament.

“U kif qatt setgħa meta ġie dikjarat li l-kuntrartt tal-kera lanqas għadu biss sar u li lanqas mal-elettur għadu ngħata ċ-ċwievet għaliex dawn għadhom f’idejn id-dipariment tal-Housing u se jingħataw mal-kuntratt.?

“Dan irriżulta mix-xhieda ta’ Andrew Xuereb, Supervisor ġewwa s-Sezzjoni tal-Housing Authority. Minn xhieda tar-rappreżentant ta’ Identità, rriżulta li ntbagħtu uffiċjali minn tagħha fil-binja sabiex ibiddlu l-karta ta’ identita ta’ persuni li kien ġew allokati appartament fil-Binja Silvio Parnis, wara li saret talba mill-uffiċċju ta’ Malta Investments plc. preżentement mill-Uffiċċju tas-CEO.

“Irriżulta li uffiċjali ta’ Identità marru fil-binja, f’kamra numru 711 f’Entratura 7, fejn hemm bdew jilqgħu eletturi li ntbagħtu jbiddlu l-karta tal-identità fuq indirizz ġdid. L-applikazzjoni għal din il-bdila saret fl-10 ta’ April li għadda”.

Il-Maġistrat Frendo Domech qalet ukoll fid-deċiżjoni tagħha li l-għaġġla li bih sar dan il-bdil fl-indirizzi hi manifestata fil-fatt li l-karta tal-identità għandha data tat-twelid, post tat-twelid u sess nieqsa minn kull dettal stipulat skont il-liġi.

Mhux talli hekk, iżda l-uffiċjal minn Identità, li kif fuq is-sit tal-binja, ivverfika u ffirma bħala xhud li l-elettur kien qed jabita fil-binja meta kien ovvja li ma kellhiex residenti, kif ikkonstatat il-Maġistrat Frendo Dimech meta għamlet l-aċċess kważi xahar wara li saru l-applikazzjonijiet ta’ bdil fl-indirizz.

Irriżulta wkoll li mhux minnu li tali bidla kienet meħtieġa sabiex l-elettur seta’ japplika għad-dawl u l-ilma u dan għaliex mix-xhieda tar-rappreżentant ta’ Arms Ltd. irriżulta li f’kull każ, l-applikazzjoni ddaħħlet għand l-Arms Ltd. mis-CEO ta’ Malta Investments Ltd. Jennifer Falzon.

Ħareġ li l-applikazzjoni għad-dawk u l-ilma saret jumejn qabel ma nstema r-rikors elettorali, propju fis-6 ta’ Mejju, 2024, fit-2.53pm. u li sa inqas minn 48 siegħa wara kif ħareġ waqt l-aċċess, l-appartament kien ingħata d-dawlk u l-ilma. Effiċjenza straordinarja li wieħed jawgura li tibqa’ għaddejja għal kull applikant mil-lum il-quddiem, qalet l-uffiċjal reviżur.

L-uffiċjal reviżur qalet li tkun qed tonqos mill-obbligi tagħha, anke bħala Maġistrat, jekk ma tirrimarkax li meta l-elettur intbagħart biex ibiddel il-karta tal-identità tieġħu fuq indirizz ta’ post, li ġie allokat lilu, meta dan ma kienx għadu abitabbli, effettivament ġie mġiegħel jagħmel dikjarazzjoni falza.

Il-Maġistrat Frendo Dimech għamlet rakkomandazzjoni lil Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinvestiga wieħed mill-eletturi li deher quddiemha għar-reat ta’ sperġur u dikjarazzjoni falza skont il-liġi meta gideb billi qal li diġa kellu ċ-ċwievet disponibbli u l-post huwa abitabbli u li ffirma l-kuntratt xi ġimgħa jew tnejn qabel ma’ xehed fil-Qorti. Ir-rikors kienu ġew preżentati mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino u li għalih bħala avukat deher Dr. Karol Aquilina.