Il-President Myriam Spiteri Debono żaret il-ftuħ uffiċjali tal-attivita ‘Il-Festa tal-Festi’, fil-Palazz Verdala.
Din hija t-tieni edizzjoni ta’ dan l-avveniment b’risq il-Malta Community Chest Fund u l-ewwel waħda taħt din il-Presidenza.
L-Erbgħa filgħodu l-President kienet milqugħa minn mijiet ta’ tfal li kienu preżenti minn tliet skejjel differenti – l-Iskola Primarja tal-Imsida Laura Vicuna Ghasri kif ukoll St Monica. Il-President Myriam Spiteri Debono tkellmet ma’ dawn l-istudenti.
L-avveniment ‘Il-Festa tal-Festi’ se jkun miftuħ għall-pubbliku s-Sibt u l-Ħadd li ġej, 18 u 19 ta’ Mejju.
//= $special ?>