“Il-poplu għandu d-dritt li jkun jaf min huma dawk in-nies fi ħdan il-Gvern li ffrodawh fid-deal tal-isptarijiet.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’kummenti mal-ġurnalisti quddiem il-Qorti hekk kif illum kompliet tinstema’ l-kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista bil-għan li jinġiebu lura l-€400 miljun li nsteraq il-poplu fid-deal frawdolenti tat-tliet sptarijiet.
Bernard Grech sostna li l-Inkjesta għandha tkun ippubblikata minnufih għaliex il-poplu ħaqqu jkun jaf il-verità kollha f’din l-akbar frodi. Dan filwaqt li fakkar li hemm akkużi serji fil-konfront ta’ nies li għadhom jokkupaw karigi għoljin.
//= $special ?>