Il-Kunsill Nazzjonali taz-Żgħażagħ (KNŻ) fi stqarrija wera solidarjetà mal-istudenti tal-Kulleġġ ta’ Malta tal-Arti, Xjenza u Teknologija (MCAST), li bħalissa qegħdin jiġu imtellfin mill-istudji tagħhom minħabba sensiela ta’ direttivi.
Il-KNŻ saħaq li s-sitwazzjoni fl-MCAST, qed tikkaġuna ħafna ostakli fil-ħajja akkademika tal-istudent. Kwistjoni li lha għaddeja għal diversi xhur. Dan wara li minn nhar it-Tnejn 13 ta’ Mejju daħlu direttivi li introduċew restrizzjonijiet ġodda fil-Kulleġġ, fosthom ordnijiet lil-letturi biex ma jippubblikawx il-marki tal-assessjar kif ukoll ordnijiet biex ma jinviġilawx lill-istudenti waqt il-valutazzjonijiet finali tagħhom, fost oħrajn.
Il-Kunsill jinstab inkwetat fuq l-effetti negattivi li dawn l-azzjonijiet se jħallu fuq il-progress akkademiku
u s-saħħa mentali tal-istudenti.
Il-Kunsill iħeġġeġ lill-Gvern u l-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, u l-Malta Union of Teachers (MUT) biex jipprijoritizzaw il-konklużjoni ta’ dawn in-negozji u jassiguraw li
l-benessri tal-edukaturi u l-istudenti tiġi prijoritizzata.
Għaldaqstant, il-KNŻ tappella lill-awtoritajiet rilevanti biex jitneħħew id-direttivi attwali, issir komunikazzjoni b’mod trasparenti, jiġi ppubblikat il-pakkett finanzjarju, l-Istudenti u l-edukaturi affettwati għandhom jiġu appoġġjati kif ukoll tinstab soluzzjoni fit-tul.
Intant l-istudenti tal-MCAST ħadu pożizzjoni ċara li se jirrifjutaw li jivvutaw jekk il-marki finali tagħhom jibqgħu mhux ippubblikati.
Din l-istqarrija ħarġet wara li l-Malta Union of Teachers (MUT) u l-Gvern ta’ Malta qed jippruvaw jilħqu ftehim fuq proposta finanzjarja ġdida, li ilha kwistjoni għaddeja għal diversi xhur.
//= $special ?>