L-uniku pjan tal-Labour hu li jibqa’ jiddefendi lil min frodak.
Miriam Dalli qed tipprova tikkonvinċi lill-Maltin u l-Għawdxin li l-Partit Laburista għandu xi tip ta’ “pjan għall-futur”. Li kieku mhux se jkollna niddubbaw bil-‘generators’ biex ikollna d-dawl fis-sajf, forsi titwemmen.
Imma l-uniku pjan li għandu l-Gvern Laburista għall-futur hu li jibqa’ jiddefendi lil dawk li serqu u ffrodaw lill-poplu Malti. Għax mifxul bil-problemi li ħoloq hu stess, Robert Abela u ta’ madwaru m’għandhomx ċans jaħsbu fuq il-problemi li qed tiffaċċja int.
Dan intqal fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista, li għall-kuntrarju, hu ffukat fuq soluzzjonijiet għall-problemi li qed tiffaċċja int u se jibqa’ jaħdem sakemm iġiblek lura l-flus li nsterqulek.
//= $special ?>