Elezzjonijiet 2024 Lokali

Minn nhar is-Sibt, il-voti jistgħu jinġabru mill-għases

Minn nhar is-Sibt 18 ta’ Mejju sal-Ħadd 2 ta’ Ġunju, kull min għadu ma ġabarx id-dokument tal-vot jista’ jiġbru mill-għassa tal-lokalità.

Id-dokumenti jistgħu jinġabru mit-8am sa nofsinhar jew bejn it-3pm u d-9pm.

Jekk fil-lokalità tiegħek mhemmx għassa, il-vot jinġabar mill-Kunsill Lokali.

L-early voting se jsir fl-1 ta’ Ġunju, filwaqt li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli u tal-Parlament Ewropew se jsiru s-Sibt 8 ta’ Ġunju.

Għal aktar informazzjoni ċempel l-uffiċju Elcom fuq 2596 5220 jew 7748 1782.