Futbol Sport

Rebħiet għal Man Utd u Chelsea

(Ritratt: EPA)

Manchester United kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra Newcaslte United. Man Utd marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kobbie Mainoo. Anthony Gordon ġab l-iskor indaqs għal Newcastle. Man Utd skorjaw darbtejn oħra fejn l-ewwel kien Amad Diallo li għamilhom 2-1, imbagħad kien Rasmus Hojlund li għamel l-iskor 3-1. Lejn it-tmiem Lewis Hall għamilhom 3-2.

Chelsea għelbu lil Brighton 2-1 fl-Amex Stadium. Cole Palmer poġġa lill-Blues fil-vantaġġ fejn imbagħad kien Christopher Nkunku li għamilhom 2-0. Lejn it-tmiem għal Chelse tkeċċa Reece James. Danny Welbeck għamilhom 2-1 fl-aħħar ħinijiet tal-partita.