Lokali

Robert Abela jittallab għall-fiduċja

Il-Prim Ministru Robert Abela f’attività politika f’San Pawl il-Baħar għalaq billi ttallab għall-fiduċja tan-nies u qal li l-Gvern Labursita kapaċi jindirizza l-isfidi.

Dan meta Robert Abela mhu qed jagħmel assolutament xejn biex jindirizza l-kriżi li jinsab fiha l-Gvern; mingħajr Deputat Prim Ministru.

Pajjiż li jinsab bi Gvernatur tal-Bank Ċentrali li qed jaffaċċja akkużi kriminali u b’Eks Prim Ministru u Eks Ministri li mistenijja jitressqu l-Qorti dwar id-deal frawdolenti li sar bejn il-Gvern u Vitals.

Robert Abela għażel ukoll li jgħid li hawn min moħħu biex jattakka; dan meta jum wara jum qed jidher aktar fiċ-ċar kif Robert Abela huwa l-persuna li kontinwament qed tattakka lill-ġudikatura u lill-ġurnalisti.

Intant, waqt din l-attività tkellmet ukoll il-membru Parlamentari Katya De Giovanni li qalet li l-pensjonanti mingħajr il-pensjoni ma jkunux jistgħu jagħmlu dak li jixtiequ.

De Giovani qalet dan fid-dawl tal-fatt li ftit tax-xhur ilu l-Ministru Micheal Falzon ma tax garanzija li fi żmien 20/30 sena oħra se jkollna l-pensjoni.

Eżatt wara dan id-diskors, tkellem il-Ministru Falzon innifsu li minflok ta garanzija ta’ pensjoni, għażel li jigdeb dwar Gvernijiet Nazzjonalisti tal-passat; meta fil-verità kien Gvern Nazzjonalsita li ta pensjoni sħiħa biż-żieda tal-COLA.

Waqt din l-attività, tkellem ukoll il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Jesomond Bonello li kompla bir-retorika tal-establishment.

Bonello kompla b’diskors iddominat mill-firda u l-gideb fuq l-MEP’s tal-Partit Nazzjonalista fosthom David Casa.

Dan, fl-istess attività li fiha wieħed mill-mistiedna spiċċa jgħid li d-direttiva tal-Parental Leave kienet waħda mill-aktar affarijiet li għinet lilu u lil martu wara li twieldet it-tifla tiegħu. Direttiva li daħlet bis-saħħa ta’ David Casa – u li l-Gvern ħalla sal-aħħar minuta possibbli biex introduċiha f’pajjiżna