Futbol Sport

Tiġi fi tmiemha l-esperjenza ta’ Mauro Camoranesi ma’ Floriana

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Floriana ħabbru li ġiet fi tmiemha l-esperjenza mal-klabb tal-kowċ Taljan Mauro Camoranesi flimkien mal-assistent tiegħu Fernando Nowicki.

Camoranesi ssieħeb ma’ Floriana fil-bidu ta’ dan l-istaġun fejn għall-parti kbira kien qed jokkupa l-ewwel post iżda tilef il-konfront deċiżiv kontra Ħamrun Spartans li sussegwentament rebħu l-Kampjonat.

Dan l-istaġun Floriana waslu wkoll sal-finali tal-FA Trophy fejn tilfu kontra Sliema Wanderers bl-għoti tal-penalties.

Ma’ Floriana l-eks plejer ta’ Juventus u t-tim nazzjonali Taljan kiseb 18-il rebħa, ħames telfiet u tliet draws.