Mara tinsab l-Isptar Mater Dei tissielet għal ħajjitha wara li ttajret minn tallinja.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħaxija għall-ħabta tas-7:30 fi Triq Borg Olivier, San Ġiljan.
Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel investigazzjoni li saret irriżulta li mara, li l-identità tagħha għadha mhix magħrufa, intlaqtet minn xarabank li kienet qed tinstaq minn Ungeriż ta’ 35 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat dwar il-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>