Lokali

Gvern li jilgħab bis-saħħa tal-Maltin … issa anke fl-ikel – PN

Robert Abela qed jagħżel kuljum li jilgħab bis-saħħa tal-Maltin, issa anke fejn jidħol l-ikel.

Tant tefa’ lil dan il-qasam fi kriżi li issa qed jillappazza bir-riskju ta’ konsegwenzi fuq saħħitna lkoll.

Id-deċiżjoni li r-responsabbiltà ta’ spezzjonijiet fuq l-ikel mill-Health Inspectors titneħħa minn taħt il-Ministeru tas-Saħħa ma tagħmel l-ebda sens. U dan qaluh ukoll l-istess professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam, li saħqu li l-Environmental Health Practitioners kollha għandhom ikunu miġburin taħt il-Ministeru tas-Saħħa.

Skont l-istess professjonisti, din il-mossa tal-Gvern li poġġihom taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura qed tqajjem ħafna mistoqsijiet, fosthom ta’ kompetenza, u qanqlet fihom tħassib serju dwar x’jistgħu jkunu r-riperkussjonijiet.

Robert Abela għandu jieqaf jilgħab bis-saħħa tal-Maltin u jara kif se jsolvi l-problemi li ħoloq il-Gvern tiegħu stess.