L-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltija (MBA), f’koordinazzjoni mal-Kumitat Permanenti tagħha
dwar il-prevenzjoni tal-Kriminalità Finanzjarja, Ċibernetika u l-Frodi, ħabbret konferenza ta’
ġurnata bit-tema “Navigating Financial Crime: Creating a Level Playing Field”, li se ssir fix-Xara
Lodge, ir-Rabat, fit-12 ta’ Ġunju.
Il-konferenza għandha l-għan li tindirizza l-kumplessitajiet regolatorji li qed jikbru fl-industrija
finanzjarja. Se tipprovdi għarfien siewi dwar il-kriminalità finanzjarja kemm mill-aspetti lokali kif
ukoll internazzjonali, b’enfasi fuq il-promozzjoni ta’ prattiċi etiċi fi ħdan l-industrija. Għal dan il-
għan, il-konferenza hija ideali għall-parteċipanti li jixtiequ jrawmu għarfien aħjar dwar il-
konformità u l-etika fir-regolamentazzjoni kontra l-ħasil tal-flus (AML) u kontra l-finanzjament tat-
terroriżmu (CTF).
Il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jieħdu sehem f’sessjonijiet varji li jinkludu diskorsi u l-
għażla ta’ sessjoni speċjali fost tliet għażliet f’suġġetti speċjalizzati. Dawn is-sessjonijiet
jesploraw fil-fond il- kwistjonijiet urġenti ta’ konformità fil-prattiċi ta’ prevenzjoni tal-kriminalità
finanzjarja. L-esperti se jmexxu dawn id-diskussjonijiet interattivi li jippermettu tagħlim
personalizzat u skambji ta’ ideat. Dawk li jattendu għandhom jiksbu għarfien siewi u miżuri
prattiċi li jistgħu jiġu mwettqa fl-organizzazzjonijiet tagħhom.
Il-konferenza għandha sservi bħala forum komuni li jgħaqqad nies li jaħdmu jew huma
interessati fis-suġġett, u għalhekk hija mmirata għall-bankiera, uffiċjali tal-konformità, konsulenti
legali, dawk li jfasslu r-regolamenti, u kwalunkwe professjonisti oħra interessati fil-konformità
mar-regoli kontra l-kriminalità finanzjarja.
Is-suġġetti li se jiġu diskussi waqt il-konferenza jinkludu kwistjonijiet ta’ konformità minn
perspettivi varji; it-taxxa mil-lat tal-AML; l-Awtorità tal-UE Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) u
inizjattivi oħra; kwistjonijiet relatati mal-miżuri ta’ “kun af il-klijent tiegħek” (KYC); ir-rwol tal-
MLRO u l-ħiliet relatati fi ħdan l-industrija; il-Valutazzjoni Nazzjonali tar-Riskju 2023; u l-Frodi.
Il-konferenza se jkollha diversi kelliema esperti li jinkludu lil Dagmar Kolb (BNY Mellon), Erik
Barnett (HSBC Bank plc), Edward Attard (PwC), Clara Galdies (FIAU), Rob Rickards (Fisgard
AML), Joette Sciortino (EY Malta), Julian Grima (EY Malta), Alex Konewko (ARQ), Tim Tyler
(ICA), Pauline Saliba (NCC), u Aaron Gross (Wise), filwaqt li d-diskorsi tal-ftuħ se jsiru miċ-
Chairman tal-MBA Marcel Cassar u d-Direttur tal-FIAU, Alfred Zammit.
Konferenza dwar il-konformità mar-regoli kontra l-kriminalità finanzjarja mill-Assoċjazzjoni tal-Bankiera Maltija

Għarfien aħjar dwar il-konformità u l-etika fir-regolamentazzjoni kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu