Internazzjonali

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja m’għadux fil-periklu tal-mewt

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja Robert Fico m’għadux aktar fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ raġel anzjan sparalu waqt li kien qed isellem lill-folla quddiem ċentru kulturali f’Handlova fejn kienet għaddejja laqgħa tal-Gvern.

Id-Deputat Prim Ministru Tomas Taraba ħabbar li Fico kien qaleb għall-aħjar. Dan hekk kif l-operazzjoni li saret fuqu marret kif ippjanat.