Stephen Spiteri PN
Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna fl-Aġġornament tal-Parlament li jeħtieġ li s-servizzi tal-IVF ma jmorrux lura.
Stephen Spiteri qal li mill-2012 il-pajjiż mexa triq twila fis-servizzi relatati mal-IVF u tkellem fuq l-importanza tar-riżorsi biex is-servizzi jitwasslu għand dawk li għandhom bżonn. Hu semma’ l-listi ta’ stennija f’diversi setturi u qal li anki fl-IVF hemm listi twal ta’ stennija. Hu nuqqas tal-gvern li ma jagħmilx l-investiment adegwat lil dawn il-persuni li lanqas ikunu jafu meta se jibdew il-proċeduri.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern għandu jkun ta’ appoġġ għal dawn il-persuni u appella biex dan is-servizz ma jmurx lura. Fost in-nuqqasijiet li hemm, id-deputat Nazzjonalista semma’ l-post fejn isiru t-trattamenti li mhux post mgħammar biżżejjed għal dan l-iskop.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan is-servizz tal-PGT illum mhux qed isir minkejja d-dibattitu kollu parlamentari. Tant m’hawnx servizzi li l-persuni qed jintbagħtu għal trattament barra l-pajjiż. Hu qal li issa se jsir investiment ta’ ewros għaliex il-gvern ma ħoloqx dawn is-servizzi minħabba nuqqas ta’ ppjajar f’qasam daqshekk importanti tas-saħħa.