Colin Schembri
Mellieħa Libertas Spalding………….70
Starlites JSD…………………………………92
(21-26)(13-24)(16-26)(20-16)
Wara li fl-ewwel finali ic-Champions renjanti Starlites JSD kellom jistennew sal-aħħar 40 sekonda biex jieħdu vantaġġ, fit-tieni waħda l-istorja kienet differenti. Apparti mumenta mill-aqwa fl-ewwel taqsima, Mellieħa qatt ma rnexxielhom joħolqu problemi għal Starlites. B’erba’ players jispiċċaw il-partita b’figuri doppji, Starlites iddominaw il-parttita minn nofs l-ewwel sessjoni ‘l quddiem u wara run qawwija fit-tieni taqsima qatt ma kienu fil-periklu li jitilfu l-partita. Mellieħa rkupraw lil Vukassin Jandric u kellom ukoll lil Nelly Lee Pace fil-formazzjoni tagħhom fil-waqt li Starlites kienu bl-itess formazzjoni tal-ewwel finali. Kienu Starlites li għamlu l-ewwel basket tal-partita permezz ta’ Kurt James però Mellieħa kellom risposta minn Tederick Wolfe u Alex Peacock. Wara li Christian Hinckson poġġa lil Starlites għal darb’oħra fuq quddiem, Mellieħa kellom mument mill-aqwa b’run ta’ 15-3 fejn minbarra d-diversi punti ta’ Wolfe kien hemm trippla minn Corrado Mercurio. Wara time-out minn Paul Ferrante, Starlites ġew lura b’mod qawwi meta għamlu run ta’ 17-3 fosthom tlett trippli minn Alec u Ian Felice Pace u Hinckson biex temmew l-ewwel sessjoni 26-21 minn fuq. Fit-tieni taqsima, Mellieħa reġgħu ħarġu tajjeb u kellom trippla oħra minn Mercurio flimkien mal-punti ta’ David Bugeja u naqqsu d-distakk għal punt 29-30. Għal darb’oħra kien hemm risposta minn Starlites b’run oħra qawwija ta’ 17-2 bi trippli minn Matthew Scerri u Matthew Attard flimkien mal-punti ta’ Hinckson u l-aħwa Felice Pace. It-taqsima għalqet bi trippla fuq kull naħa minn Jandric u Scerri biex Starlites daħlu jistrieħu 50-34 minn fuq.
Starlites bdew it-tielet taqsima bi tlett trippli minn I. Felice Pace, James u Scerri biex kabbru l-vantaġġ 59-36. Mellieħa wieġbu permezz ta’ Wolfe u Peacock hekk kif għamlu seba’ punti mingħajr risposta. Hawn reġa’ kien hemm il-punti ta’ James u A. Felice Pace għal Starlites qabel ma Mellieħa kellom żewġ trippli minn Jandric u Bugeja. Starlites però għalqu t-taqsima bi break ta’ 7-0 biex temmew il-perjodu 76-50. Mellieħa bdew l-aħħar taqsima bi tmien punti mingħajr risposta b’Ferrante jsejjaħ time-out minnufih. Wara punti minn Attard, Mellieħa kellom trippla minn Mercurio però hawn kellom isofru run oħra ta’ 8-2 biex il-vantaġġ ta’ Starlites kiber għal 23 punt. Mellieħa naqqsu xi ftit id-distakk wara trippla minn Pace u punti ta’ Thompson u Ryan Carabott però Starlites għalqu l-partita b’baskets minn Louie Farrugia u I. Felice Pace u ħarġu rebbieħa 92-70. Rebħa fit-tielet finali nhar il-Ħadd tarhom jiġu nkurunati Champions għat-tielet sena konsekuttiva.
Mellieħa Libertas Spalding: T. Wolfe 19, D. Bugeja 6, R. Bonnici, V. Jandric 8, R. Carabott 6, A. Peacock 7, K. Thompson 10, C. Mercurio 11, N. Lee Pace 3.
Starlites JSD: A. Felice Pace 9, C. Hinkson 16, M. Attard 5, S. Aquilina, I. Felice Pace 15, L. Riolo, M. Scerri 11, D. Craven 13, L. Farrugia 2, K. Xuereb 4, N. Sultana, K. James 17.
Referees: Gordon Barbara, Nestor Rincon, Fanni Fabok.
//= $special ?>