Colin Schembri
Caffè Moak Luxol………………57
Depiro………………………………..63
(20-14)(8-10)(9-19)(20-20)
Depiro kisbu t-tieni rebħa fil-finali tal-kampjonat Mapfre MSV Life biex issa jinsabu biss rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tas-sitt kampjonat fl-istorja tagħhom wara li reġgħu għelbu lil Caffè Moak Luxol 63-57. Iż-żewġ Amerikani spiċċaw b’double double fejn Bennett ta’ Luxol kellha 10 rebounds u 17 –il punt fil-waqt li Johnson ta’ Depiro spiċċat bi 15 –il rebound u 11 –il punt. Għal Depiro kien hemm ukoll 13 –il punt ta’ Nicole Agius u 19 ta’ Kristy Galea. Kif ġara fl-ewwel partita, run ta’ Depiro fil-bidu tat-tielet taqima kienet strumentali. B’ Luxol kellomm bidla waħda mill-formazzjoni tal-ewwel finali meta Hayley Galea ħadet post Ella Abela. Wara mument ta’ studju u free-throws kien hemm trippla fuq kull naħa minn Kristy Galea u Sarah Fenech Pace. Wara basket minn Jose Ann Johnson għal Depiro, Luxol wieġbu bil-punti ta’ Tayler Bennett u trippla oħra ta’ Fenech Pace biex fil-ħames minuta kienu 10-9 minn fuq. Wara xi ħin bla punti kienet Galea li poġġiet lil Depiro minn fuq bi trippla però basket ieħor minn Fenech Pace għamel l-iskor indaqs. Sfortunatament Sarah Fenech Pace kella tinbidel fis-seba’ minuta b’injury ħafifa wara li għamlet 10 punti mit-tnax li kellom Luxol sa’ dak il-ħin. Hawn però Luxol kellom il-punti tal-aħwa l-oħra Lisa u Anna biex temmew l-ewwel sessjoni 20-14 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Depiro bdew b’sitt punti mingħajr risposta minn Claire Ciantar, Sophie Abela u Johnson u għamlu l-iskor indaqs. Ir-risposta ta’ Luxol ukoll ġiet b’sitt punti konsekuttivi minn Bennett u Shanice Farrugia. It-taqsima għalqet b’żewġ baskets fuq kull naħa biex Luxol daħlu jistrieħu 28-24 minn fuq.
Wara l-intervall, Depiro qalbu l-iskor f’inqas minn żewġ minuti grazzi għal trippla ta’ Galea flimkien ma’ Nicole Agius. Bennett u Josephine Diaby reġgħu poġġew lil Luxol minn fuq qabel ma Depiro ppareġjaw 33-33 bi trippla ta’ Agius fir-raba’ minuta. Luxol għaddew minn mument diffiċli b’numru ta’ turn-overs u kkonċedew ukoll rebounds fl-attakk biex Depiro bdew jibnu vantaġġ żgħir u fit-tmien minuta kienu 39-33 minn fuq. Minkejja li Luxol kellom risposta minn A. Fenech Pace u Bennett, Depiro għalqu t-taqsima b’basket ta’ Leanne Duncan għal skor ta’ 37-43 favurhom. Fl-aħħar taqsima, wara l-ewwel basket minn Xerri għal Depiro, kien hemm risposta minn Luxol li rathom inaqqsu d-distakk għal basket fil-ħames minuta 43-45. Depiro dehru se jibnu vantaġġ komdu wara li punti minn Johnson tawom vantaġġ ta’ seba’ punti 53-46 fl-aħħar żewġ minuti. Basket u free-throw tal-Amerikana Bennett ħalla lil Luxol jittamaw però bdew jagħġġlu fil-konklużjonijiet tagħhom. Huma bdew ukoll jagħmlu l-fouls biex iwaqqfu l-arloġġ. Hawn Depiro għamlu sensiela ta’ free-throws minn Galea, Johnson u Abela żammew lil Depiro fuq quddiem. Bennett kellha trippla oħra pero spiċċat fouled out l-istess bħal Mandi Mercieca biex Depiro kkontrollaw l-aħħar sekondi minkjja l-punti ta’ Vanya Baldacchino biex ħarġu rebbieħa u issa jinsabu rebħa ‘l bogħod mir-rebħ tal-kampjonat.
Caffè Moak Luxol: T. Bennett 17, M. Mercieca 2, L. Fenech Pace 5, H. Galea, N. Vella, M. Camilleri, S. Fenech Pace 15, J. Diaby 2, V. Baldacchino 3, S. Sciberras, S. Farrugia 2, A. Fenech Pace 11.
Depiro: S. Abela 10, N. Agius 13, J. Xerri 2, J. Mallia, L. Sciberras 2, N. Agius, C. Ciantar 4, J. Borg 2, J. A. Johnson 11, M. Micallef, N. Borg, K. Galea 19, L. Camilleri.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Nelson Da Silva.
//= $special ?>